Fuq il-paġna uffiċjali tal-Health Promotion and Disease Prevention Directorate ħabbru avviż rigward il-vaċċin kontra l-Covid-19.
Fl-avviż jintqal biċ-ċar li qabel wieħed imur biex jitlaqqam irid ikun ħieles minn kull infezzjoni tal-Covid-19. Importanti li wieħed ma jkollu l-ebda sintomi meta jmur għall-vaċċin. In-nies għandhom imorru għall-vaċċin 4 ġimgħat wara li rriżultaw pożittivi.
Din tidher xi ħaġa ovvja iżda jidher li kien hawn bżonnu dan l-avviż. Għadu kif tħabbar fuq il-paġna saħħa li ħa jibda t-tlaqqim tal-vaċċin lil persuni minn 80 sena sa 84 sena.
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.