Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Crunchie, kelb li ilu aktar minn elf jum jistenna d-dar dejjiema tiegħu.
“Ħadd mhu qed jistaqsi għal Crunchie – 1,847 jum. Daqshekk ilu Crunchie jistenna. Issa għandu madwar 9 snin, iżda għadu jilgħab u jħobb jaħbi l-ġugarelli tiegħu biex jerġa’ jilgħab bihom aktar tard. Crunchie għandu xi diffikultajiet ta’ fiduċja minħabba l-passat tiegħu, iżda ladarba jidrak, jieħu gost bil-fsied. Wara dan iż-żmien kollu, jistħoqqlu xi ħadd li fl-aħħar jagħżlu.”
Jekkh awn xiħadd li jista’ jagħti dar dejjiema lil Crunchie għandu jagħmel kuntatt ma’ Animal Welfare Gozo.