Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Salvina Buħaġar. Ta’ 86 għadha tirranġa u ssewwi ħwejjeġ tan-nies fejn kull ċenteżmu li taqla’ ttih donazzjoni lil Puttinu.
Huma qalu, “Donazzjoni ta’ €2,500 mingħand Salvina Buħaġar, li għandha 86 sena. Dawn il-flus inġabru permezz tal-ħidma tagħha li tirranġa u ssewwi ħwejjeġ tan-nies u kull ċenteżmu li taqla’ tagħtih lil Puttinu Cares. Eżempju mill-isbaħ ta’ ġenerożità u qalb kbira. Grazzi minn qalbna.”
Prosit kbira, Salvina! Verament ġest mill-isbaħ li apparti li ser jgħin lil min huwa fil-bżonn, persważ li ser jispira aktar nies biex jagħmlu bħalha u jgħinu!