“Illum Niċċelebraw Lil Xi Ħadd Li Litteralment Iddedika Ħajtu Biex Jagħti T-Tieni Ċans Lill-Annimali” – Vuċi Għall-Annimali

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Vuci ghall-Annimali taw l-awgurju tagħhom lil Alistair li ddedika ħajtu għall-annimali.

Huma qalu, “Illum niċċelebraw lil xi ħadd li litteralment iddedika ħajtu biex jagħti t-tieni ċans lill-annimali. Permezz tal-ħidma tiegħu ma’ Second Chance Horse Rescue Malta, Alistair biddel il-ħajja ta’ tant żwiemel li kienu abbandunati, traskurati jew minsija. Żwiemel li issa jafu x’inhi kura, żwiemel li issa jħossuhom sikuri, żwiemel li issa jistgħu jgħixu b’dinjità. U dan ma jiġrix b’kumbinazzjoni, jiġri minħabba nies bħal Alistair.”

Żiedu, “Id-dedikazzjoni, ir-reżiljenza u l-kompassjoni tiegħek ma jgħaddux inosservati. Jum wara jum, turi x’ifisser tassew li tiddefendi lill-annimali. Minn għandna lkoll f’Vuċi għall-Annimali, grazzi ta’ dak kollu li tagħmel. U nawgurawlek għeluq sninek mimli bl-istess tjubija li tagħti lil ħaddieħor, għax id-dinja għandha bżonn aktar nies bħalek.”

Awguri minn qalbna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI