“Mil-Lum Sa Nhar Il-Funeral Tiegħu, Se Jindaqqu L-Qniepen B’Tislima U Ringrazzjament Għas-Servizz Li Dun Vinċenz Ta Lill-Komunità Parrokkjali Tagħna” – Parroċċa San Sebastjan Qormi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi għal darb’ oħra sellmu l-memorja tal-mibki Mons. Dun Vinċenz Deguara.

Huma qalu, “Fil-Knisja Arċipretali ġiet armata x-xbieha tal-mibki Mons. Dun Vinċenz Deguara li għadda għall-ħajja ta’ dejjem tard ilbieraħ filgħaxija fl-età ta’ 94 sena (1932-2026) fid-Dar tal-Kleru fejn kien residenti tul dawn l-aħħar snin. Mil‑lum sa nhar il‑funeral tiegħu, se jindaqqu l‑qniepen b’tislima u ringrazzjament għas‑servizz li Dun Vinċenz ta lill-komunità parrokkjali tagħna u lill-Knisja f’Malta.”

Żiedu, “Ilkoll imħeġġa sabiex nitolbu għal ruħ Dun Vinċenz u issa nafdawh taħt il-ħarsien sigur tal-Madonna u tal-patrun tagħna San Sebastjan Martri waqt li jdaħħluh fis-Saltna tal-Missier fejn hemm jistrieħ għal dejjem fl-eternità. Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI