Cruyff u Michela, li waslu sat-tieni post fit-tielet staġun ta’ Love Island Malta, bnew konnessjoni ġenwina bejniethom minkejja li kellhom it-tlajja u l-inżul tagħhom fil-villa, u dan wassal lil Cruyff biex jagħmel żewġ tattoos iddedikati għal Michela.
It-tattoos huma l-kliem ‘faħli’ u ‘Mika’, simbolu tal-imħabba tagħhom li nibtet fil-villa u qed tkompli tiffjorixxi fuq barra.
L-imħabba tagħhom bdiet meta Cruyff daħal bħala bombshell u mill-ewwel wera li kien interessat f’Michela. Ir-relazzjoni tagħhom kellha taffaċċja ħafna sfidi iżda madanakollu, baqgħu b’konnessjoni soda matul l-esperjenza tagħhom fil-villa.
Nawgurawlhom ir-risq fir-relazzjoni tagħhom biex l-imħabba u l-konnessjoni ta’ bejniethom ikomplu jikbru fil-ħajja ta’ barra l-villa!
Facebook / Cruyff Kokki