Żewġ eliminazzjonijiet f’programm wieħed u wasla ta’ bombshell ġdid komplew iċaqilqu l-bilanċ fil-villa, u ħallew lill-parteċipanti u lit-telespettaturi fuq ix-xwiek. Wara li tliet parteċipanti sabu ruħhom f’riskju ta’ eliminazzjoni, kienu Keenan u Daniel li rnexxielhom isalvaw posthom fil-kompetizzjoni, filwaqt li Daiana kienet l-ewwel waħda li ntbagħtet lura d-dar f’dan l-episodju intens.

Ritratt: Facebook / Love Island Malta
Madankollu, id-drama ma waqfitx hemm. Ftit wara, dehret sfida oħra: Diane kellha tagħmel għażla kruċjali bejn żewġ irġiel – Leon, li kienet bdiet tifforma rabta miegħu, u Jean, il-bombshell il-ġdid li għadu kemm daħal fil-villa. Waqt deċiżjoni mimlija tensjoni, Diane għażlet li tingħaqad f’koppja ma’ Jean, deċiżjoni li, bla ma kienet taf, wasslet għall-eliminazzjoni ta’ Leon.
Il-mument li Diane ndunat x’kienet tfisser l-għażla tagħha kien wieħed emozzjonanti, ma setgħetx taħbi s-sorpriża u l-kilba tagħha hekk kif fehmet li kienet hi, indirettament, li bagħtet lil Leon id-dar. Parteċipanti loħra urewha s-sapport tagħhom, u assigurawha li ma kinitx tort tagħha, kienet deċiżjoni iebsa f’ċirkostanza mhux tas-soltu.

Ritratt: Facebook / Love Island Malta
X’għandna naraw minn hawn ‘il quddiem? X’deherilkom mill-episodju tal-bieraħ? Kienu deċiżjonijiet ġusti, jew hemm min ħaqqu ċans ieħor? Tgħid Diane se tibni xi ħaġa reali ma’ Jean?