“Dak Li Jidhirlek Bħala Esperjenza Unika Jista’ Jkun Mibni Fuq Tbatija Kbira Għall-Annimali” – Vuċi Għall-Annimali

Nhar il-Ħadd fuq il-programm Vuċi Għall-Annimali fuq Net TV, se jiġi diskuss is-suġġett tal-attivitajiet turistiċi li jidhru sbieħ imma fil-fatt huma krudili għall-annimali.

“Episodju speċjali li żgur jġiegħlek taħseb…” huma kitbu fuq Facebook. “Rikba fuq iljunfant? Selfie ma’ tigra? Żjara f’park marittimu? Dak li jidhirlek bħala esperjenza unika jista’ jkun mibni fuq tbatija kbira għall-annimali.”

“F’dan l-episodju, se nħarsu lejn diversi attivitajiet turistiċi li ħafna nies jagħmlu waqt il-vaganzi – u ngħidulek x’hemm verament wara l-kwinti.”

Segwu nhar il-Ħadd fis-6:30pm.

Facebook – Vuċi Għall-Annimali







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI