L-għaqda Wildlife Rescue Team Malta appellat lis-sidien tad-dgħajjes sabiex joqogħdu attenti meta joħorġu jgawdu d-dgħajjes tagħhom fl-ibħra Maltin sabiex jaraw li ma jolqtux xi fekruna.
Dan wara li kmieni filgħodu nstabet fekruna li ntlaqtet aċċidentalment minn skrun ta’ dgħajsa. Jidher li din il-fekruna ma rnexxiliex issalva sfortunatament.
“Nifhmu li bħalissa huwa l-istaġun addattat sabiex wieħed joħroġ igawdi d-dgħajsa tiegħu, iżda nappellaw lil kulħadd sabiex joqgħod attent u jiftakar li fil-baħar hemm annimali oħrajn jgħixu,” saħqet l-għaqda.
Ixxerjaw dan l-appell!
Ritratti: Facebook / Wildlife Rescue Team Malta