Dejjem nieħdu pjaċir dik l-ikla ġmielha barra darba fost l-oħrajn, dawk il-platti kollha ikel kif jinżlulek għasel – però kemm tkun serata aktar ta’ gost meta fl-istess waqt jirnexxielek tgħin lill-oħrajn! Hekk hu: Hospice Malta reġgħu ħabbru l-ikla annwali tagħhom, sabiex jinġabru fondi għall-pazjenti li jieħdu ħsiebhom.
Facebook / Hospice Malta
L-organizzazzjoni, li tieħu ħsieb aktar minn 1000 pazjent kull sena, qiegħda torganizza din is-serata ħlejja sabiex, permezz tal-flus li jinġabar, tkun tista' toffri kura paljattiva b’xejn lill-individwi fil-bżonn, fosthom dawk li jgħixu bil-kanċer, ALS, jew kundizzjonijiet differenti ta’ mard ieħor. Għalhekk, is-somma mill-bejgħ ta’ dawn il-biljetti se tmur kollha kemm hi lejn din il-kura tal-ifjen kwalità, u b’hekk tkun aċċessibbli għal kull min jeħtieġha.
L-ikla se ssir fis-27 ta’ Lulju fir-Reef Club tal-Westin Dragonara Resort, u tibda fis-7:30 ta’ filgħaxija. Is-serata se tkun waħda mimlija ikel li, barra atmosfera ferrieħa u ċelebrattiva, se titnieda b’riċeviment ta’ xorb u canapés. Dan imbagħad jiġi segwit minn ikla ta’ 3 korsi, miżgħud b’xi tazzi tal-inbid kif ukoll id-daqq minn divertiment live.

TripAdvisor
Ta’ min jifforma parti minn din l-inizjattiva. Tiekol waqt li tgħin – ħeqq, tħajrek, le?
Ixtru l-biljetti minn hawn: https://hospicemalta.org/online-shop/
Flickr / zuiderdamm