“Dan Hu R-Raba’ Birthday Tiegħi Clean U Sober” – Darryl Borg Jiċċelebra Tragward Importanti F’Ħajtu

Darryl Borg qasam mument emozzjonanti mas-segwaċi tiegħu hekk kif żvela li dan kien ir-raba’ birthday tiegħu li qed jiċċelebra “clean u sober”.

F’messaġġ mimli gratitudni, Darryl tkellem dwar kemm il-ħajja hija sabiħa meta wieħed jgħixha b’mod pożittiv u b’għan ċar, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li tawh l-appoġġ u l-inkoraġġiment matul il-vjaġġ tiegħu.



“Dan hu r-raba’ birthday tiegħi clean u sober. Kemm hi sabiħa l-ħajja meta tgħixha kif suppost. Nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport u l-inkoraġġiment li tajtuni tul dan il-vjaġġ,” kiteb Darryl. Huwa ma naqasx milli jesprimi wkoll il-fidi tiegħu, fejn qal li jrodd ħajr lill-Mulej għall-barkiet kollha li jirċievi kuljum.



“Grazzi lill-Mulej, għax ħajti hija f’idejh u għal kull barka li jagħtini kuljum. Inħobbkom kollha,” kompla jgħid. Darryl irringrazzja b’mod speċjali lil Caritas Malta għall-għajnuna li rċieva, kif ukoll lil Ricky Caruana, li, kif qal hu stess, emmen fih matul il-proċess ta’ rkupru tiegħu.

Il-messaġġ tiegħu ġie milqugħ b’ħafna kummenti ta’ appoġġ u awguri mingħand segwaċi u ħbieb, li faħħru d-determinazzjoni tiegħu u l-kuraġġ li wera biex jibni ħajja ġdida u aktar stabbli. L-istorja ta’ Darryl hija xhieda ta’ kif, bl-għajnuna t-tajba, l-appoġġ tal-familja u l-ħbieb, u r-rieda personali, wieħed jista’ jegħleb sfidi diffiċli u jħares lejn il-futur b’tama u ottimiżmu.



Ritratti:

Facebook / Daryl Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI