Dan Il-Milied Ħa Jkun Differenti Speċjalment Għat-Tfal Vulnerabbli Jew Dawk Mhux F'Sitwazzjoni Tajba – Ara Kif Tista' Tgħin!

Il-Milied tal-2020 ħa jibqa' mfakkar bħala Milied b'differenza! Din is-sena mhux ħa jkollna ċ-ċans li nagħmlu l-festini kbar li mdorrijin bihom u li niltaqgħu ma' diversi familjari u ħbieb. Imma m'hemmx x'tagħmel. Hekk hemm bżonn u ftit sagrifiċċju ta' issa ħa jiswa ferm fil-futur.

F'dawn iż-żminijiet kemxejn diffiċli, Angele Camilleri ddeċidiet li tniedi inizjattivi mill-isbaħ. Inizjattivi biex tgħin tfal vulnerabbli u tfal li forsi jgħixu ġo familja li s-sitwazzjoni tagħhom mhux daqstant tajba minħabba diversi raġunijiet. Hi tixtieq li dan il-Milied, għalkemm differenti għal dawn it-tfal xorta waħda jkun Milied speċjali.

Din is-sena Angele tgħid li ma jistgħux isiru festini bħala ma kienu jsiru qabel biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jifirħu u jgawdu l-ispirtu tal-Milied, allura Angele ddeċidiet li titlob lil dawn it-tfal jiktbu ittra lil Santa Klaus. Angele tagħmel appell biex "dawk it-tfal vulnerabbli jew il-ġenituri tagħhom li għal xi raġuni valida ma jistgħux jixtrulhom rigal, jistgħu jibagħtu ittra." Wieħed jista' jagħmel kuntatt magħha fuq Facebook.



Dawk kollha li jixtiequ jagħtu daqqa t'id lil Angele sabiex iferrħu lit-tfal dan il-Milied ukoll huma mħeġġa li jagħmlu kuntatt magħha ħalli kif "Santa" jibda jirċievi l-ittri, tibda l-ħidma biex ir-rigali jaslu fil-ħin.

Prosit minn qalbna Angele ta' din l-inizjattiva! Ninsabu ċerti li ħa jkun hawn ħafna nies li se jagħtuk daqqa t'id!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI