Fuq il-paġna uffiċjali tal-midja soċjali, it-tim ta' ĦEJ ħabba li l-programm għat-tfal ser jirritorna. Għal skeda oħra ser ikunu qed joffru edukazzjoni, informazzjoni u divertiment għat-telespettaturi.
"Minn Ottubru jibda ĦEJ Staġun 3! Kunu magħna fuq TVM+ fis-06:30 u fuq TVM fl-16:20 biex nagħtu merħba lill-iżgħar preżentaturi fuq it-Televiżjoni f’Malta! Jirritornaw: Ken, Alicia u Jasmine b’ħafna enerġija. Il-preżentaturi l-ġodda: Merħba kbira lil Blake, Cole, Lele, Cesco (t-tewmin tagħna), Nathan, Joey, Jax, Guilia, u Shazney. Flimkien ma' Bradley,Jade u Kristabelle."
L-aħbar tkompli, "Dan it-tim huwa l-iżgħar grupp ta’ preżentaturi fuq it-televiżjoni nazzjonali u lokali f’Malta u huma lesti li jispirawkom, jidħku magħkom u jferħukom."
Ser issegwu?! Nawgurawlhom!
Facebook/ ĦEJ