"Dan Iż-Żagħżugħ Illum Jagħlaq 23 Fuq Kull Sieq. Awguri Ġuż" – Antonella Galea Loffreda

Illum jiċċelebra għeluq sninu Joseph Galea. Il-mara tiegħu Antonella ħallietlu messaġġ ħelu f’għeluq sninu. Antonella bdiet bill kitbet, “Dan iż-żagħżugħ illum jagħlaq 23 fuq kull sieq. Awguri Ġuż… niddejjaq ħafna nsejjaħlek hekk speċjalment wara t-titlu ‘żagħżugħ’ imma la jogħġbok iktar minn ‘Joseph’ ħeq kelli nidra hux?!!”





Tkompli tgħidlu, “Grazzi tal-imħabba li titfa’ f’dak kollu li tagħmel għalija u għal Martina. Grazzi talli dejjem tissapportjana f’kulma noħolmu li nagħmlu. Żomm dejjem dik it-tbissima fuq fommok. Inħobbuk ħafna.” Messaġġ tassew ħelu. Joseph ikun minn tal-ewwel biex juri sapport lil martu u lil bintu f’dak kollu li jkunu nvoluti fih u jidher li huma japprezzaw dan ferm.

Meta għandek il-familja kollha kemm hi fix-xena tat-teatru, il-mużika u t-televiżjoni wieħed ikollu bżonn jagħmel ċertu sagrifiċċji iżda dawn tieħu r-riżultati tagħhom u tapprezza aktar is-sapport ta’ dawk l-aktar għeżież.

Awguri minn qalbna Joseph. Nittamaw li jkollok ġurnata kif tixtieq qalbek!

Facebook / Antonella Galea Loffreda



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI