“Dan Missieri. Ritratt Meħud Fis-Snin Sebgħin. Jien Tlajt Is-Sema Xħin Bagħtuhuli.”

Il-kantanta u attriċi lokali Ina Robinich qasmet mument personali u emozzjonanti mal-ħbieb u segwaċi tagħha wara li rċeviet ritratt antik ta’ missierha li kien meħud fis-snin sebgħin. F’messaġġ mimli sentiment, Ina stqarret kemm ħasset ferħ kbir meta rat ir-ritratt għall-ewwel darba. “Dan missieri. Ritratt meħud fis-70. Jien tlajt is-sema xħin bagħtuhuli,” kitbet.



Madankollu, hija żvelat ukoll id-diżappunt tagħha lejn xi kummenti negattivi li dehru taħt il-pubblikazzjoni, filwaqt li appellat biex in-nies jaħsbu qabel jiktbu kummenti li jistgħu jweġġgħu jew inaqqsu mill-valur emozzjonali ta’ mument bħal dan.



“Hawn minn hu aħdar fid-dinja u b’kumment dispreġġattiv jaħseb li daħħaq lil Malta. Sibu passatemp u aħsbu qabel tiktbu kummenti bla sens,” kitbet b’mod dirett. Ina temmet il-messaġġ tagħha b’dikjarazzjoni sempliċi iżda mill-qalb lejn missierha, “Inħobbok Giovann.”

Ir-ritratt, li tfaċċa bla mistenni wara tant snin, jidher li qanqal ħafna emozzjonijiet għall-artista, filwaqt li fakkar kemm memorji u ritratti antiki jistgħu jkollhom valur sentimentali kbir għal dawk li jirċevuhom. Diversi persuni esprimew l-appoġġ tagħhom lejn Ina, filwaqt li qasmu magħha l-emozzjoni li ġġib magħha tifkira prezzjuża ta’ persuna għażiża.



Ritratti:

Facebook / Ina Robinich

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI