Daniel Falzon Mallia llum il-ġurnata wieħed mill-preżentaturi żagħżagħ fuq ONE Radio, ixxerja tliet ritratti li ħaduna lura fiż-żmien meta Eileen Montesin kienet ħadmet is-sensiela Those Were The Days. Jekk mhux sejrin żball din kienet madwar l-1998. Tiftakruha?
Ritratt: Facebook / Daniel Falzon Mallia
Daniel qal hekk: "Ħarsa lura lejn 21 sena ilu. Kien għad għandi biss 8 snin meta Eileen Montesin tatni l-opportunità sabiex ninterpreta l-parti prinċipali ta' Martin fis-sensiela tant popolari Those Were The Days. Emmnet fil-kapaċitajiet tiegħi u fetħitli l-bibien beraħ għal diversi opportunitajiet sbieħ fil-karriera tiegħi. Inħares lura lejn dak iż-żmien u verament ngħid li 'those were the days'.

Ritratt: Facebook / Daniel Falzon Mallia
Tul is-snin Eileen xprunat ħafna u ħafna talenti ġodda, talenti li ma konniex rajna qabel speċjalment fil-qasam tad-drama. Tul dawn l-aħħar snin kellha organizzat ukoll il-programm tal-kant Don't Stop Me Now fejn minnu ħarġu kantanti bħal Kurt Calleja, Franklin Calleja u Nicole Frendo fost oħrajn.

Ritratt: Facebook / Eileen Montesin
Fl-industrija nies bħal Eileen huma importanti ħafna għax grazzi għalihom tinbet l-imħabba għal dan ix-xogħol li jagħti tant u tant divertiment lit-telespettatur Malti.
Facebook / Daniel Falzon Mallia