Danusan Fuq Ir-Radju Żvelaw Xi Ħaġa Li Mhux Ħa Tinżel Tajjeb Ma' Ħafna

Danusan Day kien il-programm li ħa post l-X Factor il-Ħadd flgħaxija, programm li niżel għasel ma' bosta segwaċi li minn ġimgħa għal ġimgħa kienu jaraw min kien ikun imissu fuq is-sufan ta' dan id-duo!

Fuq il-programm tar-radju tagħhom, Bonġu Bus li ħa jkun qed jieqaf dan ix-xahar ukoll - Daniel u Sander ħabbru li mhux ħa jkunu qed jirritornaw. Qalu li ħa jagħmlu sena 'l bogħod mir-radju u t-televiżjoni żgur.

Ritratt: Stefan Stafrace - Facebook / Danusan

Barra minn hekk reġgħu kkonfermaw li ħa jkunu ferm attivi fuq il-midja soċjali tagħhom, jiġifieri id-duo mhux ħa jieqfu imma ħa joħorġu b'xi ħaġa ġdid! Ilkoll kurjużi nkunu nafu sabiex naraw x'ħa jkunu qed jivvintaw.

Min jaf forsi xi personalitajiet isibu ruħhom fuq il-mezzi soċjali tad-Danusan minflok fuq is-sufan tagħhom!

Stefan Stafrace - Facebook / Danusan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI