Bosta jinstabu f’dagħdigħa mill-akbar hekk kif waslet l-aħbar li żewġt iqtates ġew abbandunati f’appartament wara li sidhom telqet mill-pajjiż mingħajr il-ħsieb li tirritorna. Dawn il-qtates biss ta’ 5 xhur għalissa ttieħdu għand is-santwarju Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF), iżda qegħdin fil-proċess li jsibu sid ġdid li jista’ jgħożżhom u jħobbhom.
One.com.mt
L-għan tas-CSAF huwa li jieħu ħsieb il-frieħ ta’ qtates abbandunati jew maltrattati, u kemm jista’ jkun itaffulhom kwalunwe sofferenza li jkunu qed jgħaddu minnha. Għaldaqstant, l-appell għal sidien ġodda qiegħed isir peress li s-santwarju diġà jżomm ammont kunsiderevoli ta’ qtates tant li l-gaġeġ kollha huma mimlijin.

Facebook / CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines}
Jekk intom interessati li taddottaw dawn iż-żewġt iqtates jew tafu lil xi ħadd li huwa interessat, tistgħu tikkuntattjaw lis-CSAF fuq Facebook sabiex dawn ikunu jistgħu jingħataw dar ġdida.
One.com.mt