Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Martina Fenech qasmet messaġġ mas-segwaċi tagħha.
Bdiet billi qalet, “dawn ir-ritratti ġew meħudin fl-istess post, iż-żoo ta’ Londra. Kull wieħed minnhom jirrifletti kapitli differenti ta’ ħajti, storja li bdiet b’ħafna sfidi personali li wassluni nsib skop u kontribuzzjoni. Kbirt ma’ Puttinu Cares. Ma ssaportjanix biss fil-mumenti d-difiċli, imma prattikament rabbieni. Għallimni valuri li l-ebda post tax-xogħol ma seta’. Hemm fejn fkoprejt l-imħabba tiegħi għall-produzzjoni, iggwidata minn l-aqwa mentors fuq il-gżira: Peppi, Mandu, Anita, Angie, u t-tim tal-ġenn.”
Kompliet billi żiedet tgħid li wara kull pass kien hemm Rennie u Angele li jkomplu jiftħu bibien lil bosta familji. Qalet li minħabba l-ħidma tagħhom, Puttinu għandu wkoll fiċ-ċentru ta’ Londra. Qalet li meta n-nies jistaqsuha minn fejn iġġib is-saħħa tagħha qalet li din ġejja mill-vjaġġ, mill-uġigħ, u mill-iskop li sabet wara. Dan imkien ma’ tim li qatt ma qatgħa qalbu minnha u qatt ma jaqta’ qalbu minn ħadd.
Fakkret ukoll lis-segwaċi tagħha biex għada jum il-Ġimgħa l-Kbira jiftakru f’Puttinu.
Facebook/Martina Fenech