Omar Rababah, ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu għamel appell mill-qalb sabiex jinġabru xi fondi għal dawn l-erba’ familji li għall-ħmistax li ġejjin mhux ħa jkollhom dħul minħabba li spiċċaw taħt kwarantina.
Omar jikteb, “Ħa nagħmel appell forsi tistgħu tgħinuni ftit. 4 familji li jinkludu numru ta’ tfal inqabdu kwarantina. Dawn mhux ħa jkollhom dħul minħabba li l-missier hu l-unika persuna li taħdem u l-familja tiddependi fuqu biex tgħix (ħlas ta’ kirjiiet, ikel eċċ) u f’dawn il-ħmistax mhux se jkun qed jitħallas.”
Hu jkompli jispjega li wieħed jista’ jgħin jekk dejjem jixtieq, “Jekk xi ħadd jista’ jgħin jista’ jibgħatli personali revolut +35677057781 biex inkun nista’ nassisti. Anka 2€ tiġi apprezzata għax nixtru pakkett ħobż bihom. Nassigurakom li min ħa jgħin, se jkun qed jagħmel att ta’ għajnuna ġenwina. Grazzi.”