Deborah C Tirritorna Bil-Kanzunetta Work Out Dance – Kanzunetta Mexxejja Għal Dan Is-Sajf!

Workout Dance, kanzunetta mexxejja u enerġetika, b’ritmu vibranti u melodija tal-widna li tħeġġeġ lil kull min jismagħha biex iqum u jiċċaqlaq. L-istil tagħha huwa perfett għall-eżerċizzju, żfin jew sempliċement biex jgħollilek l-ispirtu matul il-ġurnata. Ir-ritmu imqanqal u l-vibes pożittivi tagħha jagħmluha ideali biex tinkludiha fi playlist motivazzjonali jew waqt sessjonijiet ta’ fitness.

Minbarra li tappella lil min iħobb il-mużika moderna, din il-kanzunetta jista’ jkollha wkoll effett pożittiv fuq is-saħħa mentali u fiżika. Il-moviment li jgħin biex jitnaqqas l-istress, jittejbu l-livelli ta’ enerġija, u jkollok sens ta’ ferħ u sodisfazzjon personali. B’mod indirett, jappoġġja ħajja aktar b’saħħitha u bilanċjata.





Il-kanzunetta Workout Dance hi miktuba mill-awtur Keith Zammit, magħruf għall-versatilità u l-ħila tiegħu fil-kitba ta’ lirika li tolqot qalb l-udjenza. Il-mużika kienet fdata f’idejn Philip Vella, wieħed mill-aktar kompożituri stabbiliti f’Malta, magħruf għax-xogħol tiegħu fuq kanzunetti li tellgħu isem Malta fuq pjattaformi lokali u internazzjonali.

‘Workout Dance’ hija disponibbli fuq diversi pjattaformi diġitali bħall-Spotify, Apple Music, YouTube Music, u ħafna oħrajn, li jagħmluha faċli biex tintlaħaq minn udjenza wiesgħa – kemm għal dawk li qed ifittxu mużika għall-workout tagħhom kif ukoll għal dawk li sempliċement iridu jirrilassaw u jgawdu l-mużika li tagħtihom daqqa t’id pożittiva fil-ġurnata tagħhom.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI