Deher Fenomenu Partikolari Ħafna Fis-Sema Waqt L-Eklissi Tal-Bieraħ – Rajtuh?

L-eklissi tal-bieraħ mhux biss offriet spettaklu mill-isbaħ lil dawk li segwewha, iżda wasslet ukoll għal diversi effetti interessanti fl-atmosfera li setgħu jiġu osservati waqt inżul ix-xemx.

Il-paġna It-Temp Madwarna spjegat li matul is-sħana tas-sajf, l-atmosfera ma tisħonx b’mod uniformi. Dan isir aktar evidenti meta x-xemx tkun kważi niżlet, hekk kif id-dawl tagħha jgħaddi minn diversi saffi tal-atmosfera. L-effetti ta’ dan il-proċess jistgħu saħansitra jidhru fir-ritratti tax-xemx nieżla.

Waqt l-eklissi tal-bieraħ, wieħed mill-aktar effetti evidenti kien id-deformazzjoni tax-xemx. Fost il-fenomeni osservati kien hemm dak magħruf bħala “inferior mirage”, li deher eżatt taħt ix-xemx hekk kif din dehret tmiss mal-baħar.

Deher ukoll effett ieħor ferm interessanti magħruf bħala “green flash”. Dan deher bħala lewn aħdar żgħir eżatt fuq ix-xemx waqt l-aħħar mumenti ta’ nżulha.

Dawn il-fenomeni komplew jagħmlu l-eklissi tal-bieraħ esperjenza aktar partikolari għal dawk li kellhom iċ-ċans josservawha u jieħdu ritratti tagħha.

Ritratti:
Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI