Fit-toroq Maltin kultant mingħajr ma trid tispiċċa titbissem, aħjar milli tinnervja u tgħid xi kelma ħażina ngħiduha kif inhi. Kemm-il darba tkun għaddej u tiltaqa’ ma’ xi ħaġa differenti li tiġbidlek l-attenzjoni. Dan l-aħħar bħal donnu jew għax kont imwaħħal fit-traffiku aktar mis-soltu jew għax bdejt ninnota aktar, bdew nara numru ta’ messaġġi li s-sewwieq jiddeċiedu li jwaħħlu fuq il-karozzi tagħhom!
Il-kreattività tas-sewwieq Maltin bla limiti jkolli ngħid, għax dejjem b’waħda aħjar mill-oħra. Xi ftit kliem vulgari jew indiċenti ma jonqosx, dejjem ipattu għal dawn il-frażijiet l-għexiren ta’ God Bless li tiltaqa’ magħhom ukoll minn żmien għal żmien. Ħaġa tal-iskantament, il-maġġoranza tagħhom bl-Ingliż probabbli biex il-messaġġ jasal żgur anke mal-barranin li jgħixu f’pajjiżna.
Għażilna uħud mill-favoriti tagħna li rajna dan l-aħħar fit-toroq Maltin. Tiddejqux tgħidulna dawk li tiltaqgħu magħhom intom ukoll u jekk għandkom xi ritratt, tant l-aħjar! Ikollna l-provi u nkomplu nkabbru x-xelta ta’ frażijiet fuq il-karozzi li hawn iduru fit-toroq Maltin!
I’M NOT DRUNK I’M AVOIDING POTHOLES

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
HONK IF YOU’RE HORNY

Ritratt: Vleporama
A FRIEND IN NEED IS A FRIEND INDEED

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
JEALOUSY IS LIKE A DISEASE. GET WELL SOON!

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
COLD HANDS WARM HEART

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
DON'T JUDGE ME UNLESS YOU KNOW ME

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
DON’T WORRY ABOUT THE ALARM. BEWARE OF OWNER

Ritratt: Youtube
HOW YOU WISH TO ME I WISH YOU TWICE!

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
LIVE AND LET LIVE

YOUR JEALOUSY IS MY ENERGY

Ritratt: Instagram / Saqib A
ARANI U LA TMISSNIX

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
SHHHHHH! TGĦIDILHOM XEJN XEJN!

Ritratt: Instagram / I Wish You Twice
BONUS: LOUDER THAN YOUR DAUGHTER LAST NIGHT

Instagram / Cars Malta