“Dejjem Emmint Fija” – Josuel Grech Jawgura Lil Missieru F’Għeluq Sninu

Il-kantant Josuel Grech magħruf aħjar bħala Josuel Elvis, qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali biex jawgura lil missieru f'għeluq sninu, filwaqt li rringrazzjah tal-appoġġ u l-imħabba li dejjem urieh tul is-snin. Fil-messaġġ tiegħu, Josuel stqarr li għalkemm missieru mhux dejjem ikun preżenti f'kull mument ta' ħajtu, dejjem sab il-mod kif jinkoraġġih u jappoġġjah.

"Hekk kif illum niċċelebraw lil dan ir-raġel... lil missieri. Awguri f'għeluq sninek, papà! Anke jekk mhux dejjem tkun kull fejn inkun jien, dejjem appoġġjajtni u ħeġġiġtni bil-mod tiegħek. Dejjem ħassejt ir-rispett tiegħek, l-għożża tiegħek u l-fiduċja li kellek fija, u għalhekk jien tassew grat."

Huwa kompla jirringrazzjah ta' dak kollu li għamel u għadu jagħmel għalih, filwaqt li awguralu saħħa, ferħ u ħafna aktar snin mimlijin mumenti sbieħ flimkien.

Il-messaġġ ta' Josuel intlaqa' b'ħafna kummenti ta' awguri mingħand is-segwaċi tiegħu, li ngħaqdu miegħu biex jawguraw għeluq snin mill-isbaħ lil missieru.

Ritratti:

Facebook / Josuel Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI