Il-Parroċċa San Nikola Tas-Siġġiewi Tħabbar Il-Mewt Taċ-Ċkejkna Juliana Rose

Il-Parroċċa San Nikola tas-Siġġiewi ħabbret b’sogħba kbira t-telfa taċ-ċkejkna Juliana Rose, aħbar li qanqlet mewġa ta’ messaġġi ta’ solidarjetà u talb fuq il-midja soċjali. Il-parroċċa ħabbret li ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Juliana se ssir illum, it-Tlieta 21 ta’ Lulju, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, fis-14:30, fejn qraba, ħbieb u membri tal-komunità se jingħaqdu biex jagħtuha l-aħħar tislima.

Fil-messaġġ tagħha, il-parroċċa appellat ukoll għat-talb għall-familja ta’ Juliana, b’mod partikolari għall-ġenituri tagħha, u kitbet, "Mulej agħti l-kuraġġ u s-sabar lill-ġenituri tagħha." Minn naħa tagħna, ningħaqdu fit-talb mal-familja u l-ħbieb ta’ Juliana Rose f’dan il-mument ta’ niket, filwaqt li nwasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI