Hekk kif il-kantanta u attriċi lokali Fiona Cauchi marret tara play ta' Shakespeare lbieraħ, bla ma trid ftakret fl-għażiż missierha. Kemm-il darba kien jgħallem dwaru.
"Pa, ġejt nara play ta' Shakespeare… min jaf kemm għallimtu fi żmienek. Kieku ġibtek miegħi ħa taraha. Bħal-lum sena daħħalniek l-isptar u beda l-kalvarju tagħna. Għadni nittama li ma kontx qed tbati. Ħa ngawdiha għalik din! Cheers, Sur Fred!"
Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, ħafna affarijiet jibqgħu ifakkruna fl-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja. Nifhmuk, Fiona!