L-Istrina hi waħda mill-aktar inizjattivi ta’ solidarjetà importanti f’pajjiżna, li kull sena tgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi b’għan wieħed: li ngħinu lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.
Permezz ta’ din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi, il-poplu jingħaqad biex iwassal messaġġ ta’ tama, għajnuna u mħabba lejn persuni u familji li jkunu għaddejjin minn sfidi diffiċli.
Hi okkażjoni li tfakkarna kemm hu importanti li nkunu ta’ sostenn għal xulxin u li anke l-iżgħar kontribuzzjoni tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħaddieħor.
Fost il-preżentaturi li tant jippromwovu dan l-avveniment lokali ta' għaqda hemm John Bundy. John jikteb, "Dejjem kburi li kont hemm, inkun hemm kull sena, sa mill ewwel sena. Grazzi l-Istrina."