“Il-Persuna Speċjali Li Kienet Ħdejja Fuq TVAM Dalgħodu Kienet… Ommi” – Quinn Cappitta Parnis

Quinn Malta

Mument speċjali għall-kantanta lokali Quinn Cappitta Parnis, li dalgħodu kellha lil ommha magħha waqt il-programm TVAM. Quinn fil-fatt waslet sal-aħħar fażi tal-awdizzjonijiet ta' Zecchino D'Oro.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Quinn qasmet il-ferħ tagħha li din id-darba kellha l-opportunità tagħmel intervista flimkien ma’ ommha.

"Il-persuna speċjali li kienet ħdejja fuq TVAM dalgħodu kienet... ommi. Ħadt pjaċir immens f'din l-intervista, u l-aktar parti li għoġbitni kienet li attendejna flimkien. Normalment tkun il-Mamà li tifraħ għalija u tinkuraġġini; illum imiss lili ngħid: 'Dik il-Mamà tiegħi fuq it-televżjoni!' Grazzi, TVAM, li stedintuna."

Awguri mill-qalb Quinn!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI