Unur għall-Korp tal-Pulizija Maltija, hekk kif l-Ispettur Elisia Scicluna temmet b’suċċess programm prestiġjuż fl-FBI National Academy f’Quantico, Virginia, fl-Istati Uniti.
L-Ispettur Scicluna kienet fost 265 uffiċjal tal-infurzar tal-liġi minn diversi pajjiżi li rnexxielhom itemmu dan il-programm intensiv ta’ għaxar ġimgħat.
Matul dan il-vjaġġ professjonali, hija kisbet riżultati eċċellenti f’diversi oqsma, fosthom it-tmexxija, l-analiżi tal-kriminalità, in-negozjar waqt kriżijiet u eżerċizzju fiżiku.
Meta rriflettiet fuq din l-esperjenza, l-Ispettur Scicluna qalet, li din tatha apprezzament akbar lejn il-modi differenti ta' kif tinżamm is-sigurtà madwar id-dinja, filwaqt li għenitha tara wkoll kemm il-prattiċi adottati f’Malta huma f'konformi ma’ standards internazzjonali.
Minkejja d-daqs żgħir ta’ Malta u tal-Korp, hija rrimarkat, li jintużaw ħafna mill-istess għodod, metodoloġiji u approċċi li jintużaw minn aġenziji tal-infurzar tal-liġi madwar id-dinja.
Din il-kisba, bla dubju ġġib magħha sodisfazzjon personali u professjonali, filwaqt li l-Ispettur Scicluna kompliet tirrappreżenta lil Malta b’distinzjoni fix-xena internazzjonali.
Facebook/The Malta Police Force