“Dejjem Tkun Hemm Għalija, F'Kollox.” – Julian Lir-Raġel Tiegħu Jean Pierre Cassar F’għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu Jean Pierre Cassar, hawn min jiftakru bħala attur iżda llum tista’ tgħid li sar persuna b’ammont sabiħ ta’ segwaċi fuq il-mezzi soċjali. Ir-raġel tiegħu Julian, jawguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.





Hu jiktiblu f’dan il-jum għażiż kemm hu importanti għalih, li hu s-sinsla tad-dahar tiegħu u l-kumdità tiegħu. Qallu li dejjem issostnih, ikun xi jkun, u li ma jistax jistenna biex ikompli jaqsam ħajtu miegħu.

Julian żied jgħidlu biex jibqa’ jiddi u jagħmel il-ħajja isbaħ għal dawk ta’ madwaru. Temm billi qallu li jħobbu ħafna. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Jean Pierre l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu.



Facebook / Jean Pierre Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI