Kif kien mistenni l-paġna saħħa għadha kif xerrdet analiżi dettaljata tal-erbatax-il każ pożittiv.
F’din l-istqarrija li ġiet maħruġa hemm miktub li l-ebda każ minn dawn l-erbatax ma għandu xi bżonn speċjali ta’ kura mill-isptar. 9 minn dawn il-każijiet huma relatati mal-avveniment Takeover Summer 2020, li jġib total ta’ 15-il każ pożittiv li hu relatat ma’ dak il-cluster.
Tlett każijiet huma sporadiċi u tnejn oħra jidher li ġew impurtati minn barra. Dawn il-każijiet bħal dejjem ser ikunu qed jiġu osservati b’mod konsistenti mit-tim mediku u mill-awtoritajiet.