Mort tgħum jew xi mixja ħdejn il-baħar? Mela hemm probabilitá kbira li rajt xi grupp ta' dgħajjes itellqu ftit il-barra mill-ibħra Maltin b'veloċità qawwija ħafna! Dan hekk kif tul dan il-weekend, l-ibħra Maltin qed jospitaw il-Kampjonat Dinji tal-Powerboats bl-isem ta' VoomQuest.
L-organizzazjoni Maltija VoomQuest, torganizza għadd ta' tiġrijiet f'għadd ta' lokalitajiet madwar Malta u anke fuq bażi Internazzjonali u l-kampjonat li qed jittella' tul l-aħħar ta' din il-ġimgħa, hekk imsejjaħ V2 hi kategorija ġdida ta' tlielaq. Din il-kategorija jistgħu jieħdu sehem fiha biss dgħajjes li huma mibnija mill-kumpanija Chaudron u li huma ddisinjati miċ-champion mondjali Malti, Aaron Ciantar li tul is-snin naqqax isem Malta fid-dinja tal-isport fuq il-baħar.
Dawk li jkunu għaddejin minn mal-kosta Maltija jistgħu jinnutaw dawn id-dgħajjes isuqu b'veloċità qawwija iżda bi preċiżjoni kbira biex eventwalment, l-aqwa wieħed fosthom ikun inkurunat rebbieħ ta' dan il-kampjonat!