Ilbieraħ il-preżentatriċi lokali Angela Coleiro sellmet il-memorja ta' persuna speċjali immens għaliha - l-għażiża ommha, Pearl. Ilbieraħ għalqet sentejn minn meta ħalliet din id-dinja. Ma jonqosx li jerġgħu jiġu sentimenti ta' dieqa f'jiem bħal dawn b'mod speċjali, u Angela qasmet kelmtejn iddedikati għal ommha.
"Diġà sentejn Ma! Għal dejjem f'qalbi. Strieħ fis-sliem anġlu tiegħi. 23/09/2023 - 23/09/2025." Qasmet ritratt sabiħ immens ta' ommha Pearl, li bla dubju jġorr miegħu memorja speċjali. Kif stajna naraw mir-ritratti li kienet tħobb titfa'Angela ma' ommha, qattgħu ħafna mumenti sbieħ flimkien.
Insellmu l-memorja ta' Pearl. Strieħ fis-sliem għażiża. Kuraġġ dejjem Angela, u ċerti li ħa tibqa' tagħmilha kburija bik!
Facebook/ Angela Coleiro