"Dil-Krudeltà Fuq Il-Qtates Trid Tieqaf… Diġà Sibna Tlett Qtates Mejtin F'Tas-Sliema!" – Debbie Calamatta

Fuq il-mezzi soċjali, persuni esprimiet ir-rabja tagħha fid-dawl tal-għadd sostanzjali ta’ qtates li qed jinstabu bla ħajja f’Tas-Sliema.

“Din il-krudeltà fuq il-qtates trid tieqaf,” saħqet Debbie Calamatta li anke appellat lir-residenti sabiex iżommu għajnejhom miftuħin bit-tir li ‘l quddiem jiġu evitati iżjed imwiet ta’ qtates.

Calamatta anke tkellmet fuq tlett każijiet ta’ qtates li nstabu bla ħajja sfortunatament filwaqt li semmiet li hemm bżonn tittieħed azzjoni.

“Dawn il-qtates kienu verament kwieti u qatt ma dejqu lil ħadd,” temmet tgħid Debbie fl-appell tagħha.





Ixxerjaw biex inqajmu kuxjenza dwar dan.

Ritratti: Facebook / Debbie Calamatta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI