Ix-xahar ta' Diċembru għal ħafna jfisser il-Milied, rigali u staff parties. Imma għal ħafna atturi Maltin, Diċembru jfisser xahar sħiħ ta' provi għall-Pentow! Din is-sena l-Pentow ta' Pawlu Testa kienet ser tagħlaq l-20 sena.
Joseph Testa (t-tifel ta' Pawlu) kiteb, "Jien qas naf l-emozzjoni li qed inħoss, ħa nkun onest. L-ewwel Milied mingħajr panto wara 19-il sena, wisq vojt". Joseph kiteb dan taħt messaġġ tal-attur Brian Farrugia. Brian fakkar tlettax-il sena ta' karattri li għamel fil-pantomima.
Bla dubju l-aktar karattri li jibqgħu popolari huma;
2009 meta kien għamilha Leonard l-ispettur fi Snowwhite u seba' qlub ta' Deheb.
2014 meta kien għamilha ta' Twin Sisters fil-pentow ta' Sindirella u l-Bestja
u l-aħħar sena 2019 meta kien għamilta ta' Tapit f'Aladdin.
B'kollox Brian ħa sehem fi 13-il pentow u għamel 18-il karattru differenti!
Brian jikteb, "Din is sena sfortunatament ha jkollna naqbżuha, iżda s-sena d-dieħla tasal ukoll! Ejjew nagħmlu kuraġġ, inħarsu 'l quddiem u fuq kollox nibżgħu għal saħħet xulxin u noqgħodu għal dak li jgħidulna l-awtoritajjiet tas-saħħa".