Jason Grech huwa disinjatur Malti bbażat ġewwa Melbourne u huwa wieħed mill-akbar ismijiet fix-xena tal-moda fl-Awstralja. Hu jispeċjalizza f'ilbies eleganti, dawk tat-tapit l-aħmar, kif ukoll lbiesi tat-tieġ.
L-Għaqda Mużikali Sant' Elena ta’ Birkirkara din is-sena ser tagħlaq mitt sena hekk kif bdiet fl-1919. Forsi qed tgħidu, dawn it-tnejn x’għandom x’jaqsmu flimkien?
Jason huwa minn Birkirkara u n-nannu tiegħu kien wieħed minn dawk illi kien imexxi din l-għaqda. Il-fatt li Jason jinsab f’Malta għal mawra ta’ 3 ġimgħat, tqajjem il-mistoqsija jekk hux ser ikollu xi involvement partikolari fil-festa ta’ Birkirkara għal din is-sena?
Ara id-diska uffiċjali tal-mitt sena tal-Għaqda Mużikali Sant'Elena, Dejjem Hawn Għalik, kantata minn Glen Vella u Nicole Frendo.
Il-festa ta' Birkirkara din is-sena ser tibda fit-12 t'Awwissu u tintemm fit-18 t'Awwissu.
Facebook / @JASONGRECHcouture
Facebook / @sainthelenbc