Jekk bħal nofs Malta int għaddej bid-dieta bħalissa u vera tixtieq tiekol xi ħaġa ħelwa u tajba, Matthaeus sabilna s-soluzzjoni! Donuts taċ-ċikkulata li kull m'għandhom huwa 111 kalorija! Apparti li vera tajbin, din ir-riċetta tgħinek biex tnaqqas ix-xaħam! X'qed tistenna? Mur ixtri l-ingredjenti u jekk jiġuk tajbin tella' r-ritratt tiegħek fuq Facebook jew Instagram u uża l-hashtag tagħna #gwidamt
Dawn id-donuts huma mingħajr glutina, bla zokkor u msajrin ġol-forn! Tant huma tajbin li moħħok jibda jgħidlek li qed tagħmel dnub! Dawn huma l-affarijiet li għandek tixtri (jew issib ġol-armarju),
Ingredjenti xotti
1 1/4 tazza dqiq tal-lewż imqaxxar
1/4 kuċċarina baking soda
Ingredjenti oħra
3 Imgħaref Ġulepp (maple syrup, grade B)
1/4 kuċċarina estratt tal-lewż
Nofs kuċċarina estratt tal-vanilla
2 Mgħaref coconut oil maħlul
kuċċarina apple cider vinegar
2 bajdiet u l-isfar isseparat
Issa x'għandek tagħmel?
- Saħħan minn qabel il-forn sa 350 grad C.
- Idlek il-kontenitur li se ddaħħal fil-forn biż-żejt tal-cocunut.
- Ħallat l-ingredjenti xotti ġo skutella.
- Ġo skutella oħra ħallat l-ingredjenti l-oħra mingħajr il-bajd.
- Itfa' l-ingredjenti kollha ġo kontinetur wieħed u kompli ħawwad.
- Ħabbat l-abjad tal-bajd u żiedu ġo taħlita.
- Qassam it-taħlita b'mod ugwali bejn 6 donuts forom.
- Itfa' fil-forn għal 12-15 minuta sakemm jiħmaru.
- Ħalli d-donati jiksħu imbagħad kessaħ fil-friġġ għal nofs siegħa.
- Biex iżżejjen u żżid it-togħma dewweb nofs tazza ċikkulata skura flimkien ma' 1/4 tazza ċikkulata mhux ħlewwa.
- Żejjen il-wiċċ tad-donut. (il-kalorija ta' kull donut titla għal 203 kalorija)
B'din ir-riċetta se tikkuntenta 12-il persuna! (jekk kullħadd jeħodlok waħda)