“Dwejjaq Ikollna U Problemi Wkoll, Imma Trid Tgħix … Tirringrazzja Lil Alla Li Qomt Għal Ġurnata Oħra” – Marco

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Marco.

Beda billi qal, “Ħafna huma dawk li llum qed isuqu vettura fit-toroq Maltin u għaddew minn taħt idejja biex tgħallmu jsuqu. F’37 sena lanqas ngħoddhom l-ammont ta’ persuni li ġew. Jgħaddi ż-żmien, imma l-wiċċ tal-persuna nibqa’ niftakru. Kulħadd jaf lili u lil ħija Charlie bħala ‘Il-Mangu’. Il-Mangu huwa proprjament missieri. Hu kien jaħdem ma’ Gasan. Kien tela’ l-Ingilterra, miegħu kien ġab mango – il-frotta, u meta mar biha għax-xogħol u kien qalilhom: “Ara x’ġibtilkom: Mangu” U baqgħatlu tal-Mangu… wara kien beda jgħallem is-sewqan u wara n-negozju spiċċa fi jdejja u għand ħija Charlie – Alla jaħfirlu. Charlie ħalliena ftit ilu.”

Żied, “Ħassejtha ħafna t-telfa tiegħu. Kien ikbar minni 7 snin. Jien u hu konna ċaċċaruni, dejjem nikkummidjaw. Dan iż-żmien tal-Karnival ifakkarni fih. Dejjem konna nilbsu xi kostum flimkien u mmorru f’xi lukanda nikkummidjaw għall-okkażjoni. Dan l-ewwel Karnival mingħajru.”

Qal ukoll, “Dwejjaq ikollna u problemi wkoll, imma trid tgħix. Tirringrazzja lil Alla li qomt għal ġurnata oħra. Gawdi għax illum hawn, għada ma nafux. Ir-rispett lejn in-nies huwa importanti. Waqt ix-xogħol serjetà u waqt iċ-ċajt, nikkummidjaw. Illum saret diffiċli tgħallem il-karozza fit-toroq. Trid ħafna osservazzjoni u attenzjoni waqt li qed issuq. Illum sar ikollna iktar nies barranin li qed jiġu jitgħallmu l-karozza! Issa warajja se jkompli t-tifel Clin.t”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI