“Eżatt Sena Ilu, Kellna L-Privileġġ Li Naqsmu Leħinna F’Jum Verament Speċjali Għal Wieħed Minna!” – Avenue Sky Jawguraw Lil Kevin U Lil Warren Fl-Anni

Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom Kevin u Warren – sena sħiħa minn meta għamlu l-wegħda li jimxu l-ħajja flimkien, f’mument li kien mimli emozzjoni u mħabba. Lil Kevin nafuh fil-grupp lokali Avenue Sky li l-ġimgħa li għaddiet ħarġu s-silta More Than Love flimkien ma’ Moira Stafrace.





Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, Avenue Sky jiktbu, “Eżatt sena ilu, kellna l-privileġġ li naqsmu leħinna f’jum verament speċjali għal wieħed minna! Għall-imħabba, iċ-ċelebrazzjoni, u għal ħafna iktar mumenti li ma jintesew qatt. Dan hu għalikom, Kevin Scicluna u Warren Scicluna – Awguri fl-Anniversarju tagħkom!”

Aħna nawguraw lil Kevin u lil Warren fl-ewwel anniversarju tagħhom, filwaqt li nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba, hena u kuntentizza. Awguri mill-qalb!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI