Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward dak li għandna nistennew mit-temp fil-jiem li ġej, kif ukoll avżaw lil dawk li jinsabu Sqallija biex jieħdu ħsieb
Bdew billi qalu, “Maltemp lokalizzat fi Sqallija. Ammont ta’ xita f’diversi bliet. Ħudu ħsieb min qiegħed Sqallija. Fejn taraw sħab oħxon abjad … ħudu ħsieb.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Ebda maltemp simili jew xi tip ta’ maltemp ma hu previst fuqna. Pero qegħdin ferm attenti nosservaw x’inhu jiġri għax in-nuqqas ta’ riħ fl-għoli tal-atmosfera jagħmilha diffiċli li wieħed ikollu previżjoni fit-tul ta’ ġranet.”