Ed Sheeran B'Vidjow Mużikali Ġdid

Il-kantant internazzjonali Ed Sheeran ippublika fuq is-sit Youtube, vidjow mużikali ġdid għad-diska Cross Me li pproduċa ma’ Chance the Rapper u PnB Rock. Vidjow mużikali deskritt bħala wieħed mimli sorpriżi.

Il-vidjow li hu bbażat fuq it-teknoloġija tar-realtá virtwali (VR) jibda b’ tfajla liebsa dik li jsejħula VR Suit biex jagħti togħma ta’ kif tiġi mplimentata din it-teknoloġija. Eventwalment permezz ta’ din it-teknoloġija, din it-tfajla tibda tinbidle f’Ed Sheeran. Permezz ta’ dan, il-kreaturi tal-vidjow mużikali setgħu jagħmlu lil Ed Sheeran jagħmel affarijiet li qatt ma mmaġina li jagħmel fil-veritá fosthom li jfawwar ħafna ħelu kkulurit minn ġo għajnejgħ u jiżfen stil “breakdance” b’kapaċitá kbira.

Permezz tar-realtá virtwali, iż-żewġt kollaboraturi f’din id-diska, Chance the Rapper u PnB kienu wkoll involuti f’din il-festa ta’ kuluri u effetti speċjali li qed joffri dan il-vidjow mużikali.





Id-direzzjoni tal-vidjow kienet f’idejn Ryan Staake li hu magħruf għal għadd ta’ vidjows mużikali oħra li ħadem fuqhom ma’ artisti ta’ fama internazzjonali fosthom Lil Wayne, Charlie XCX u oħrajn li kienu fil-quċċata tal-klassifiċi tal-MTV.

Id-diska Cross Me flimkien mal-kollaborazzjoni ma’ Justin Bieber permezz ta’ I Don’t Care huma mistennija jkunu parti mir-repertorju tal-album il-ġdid ta’ Ed Sheeran li mistenni joħroġ fit-12 ta’ Lulju.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI