"Ejja 'L Hawn Ħa Tara L-Veduta!" – Luca Lorenza Jistieden Lit-Tfal Li Jaffaxxinaw Ruħhom Xħin Jarawh Idoqq!

Id-DJ lokali u preżentatur tar-radju Luca Lorenzo fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam ritratt ma’ tifel idoqq miegħu. Hu jikteb, “‘Nista’ nkun DJ?’ Kull darba li ndoqq u nara xi tifel jew tifla jafaxxinaw ruħhom, ngħidilhom – ‘ejja l’hawn ħa tara l-veduta!'”

Hu jżid, “Hemm min jistħi u hemm min taralu stilel f’għajnejh… bħal Azai, sal-punt li ntefa’ jitgħallem issa! Jien l-aqwa? ‘Il bogħod minn dan – imma x’inhu aħjar minn folla nies jiżfnu quddiemek? Dik li tixgħel il-fjamma biex jagħmilha ħaddieħor.”

Sabiħ li tara t-tfal jieħdu interess f’kull tip ta’ industrija. Dawn huma l-futur u b’hekk taf jekk xi ħadd jintroduċihom għal xi ħaġa bħal din, fihom taf tinbet passjoni li tibqa’ tikber aktar ma jgħaddu snin.





Facebook / Luca Lorenzo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI