Kumpens Lill-Familji Li Esperjenzaw Qtugħ Tad-Dawl Ta’ Mill-Inqas Sitt Sigħat – Kemm Se Jkun L-Ammont?

Kumpens ta’ darba sa €110 għandu jitqassam lil familji li esperjenzaw qtugħ ta’ dawl ta’ mill-inqas sitt sigħat bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju. In-negozji se jkunu qed jirċievu wkoll ħlas ex gratia ta’ darba ekwivalenti għal konsum ta’ xahar, ikkalkulat fuq il-konsum medju attwali ta’ dak il-kont f’Ġunju, Lulju u Awwissu 2022.

Lura f’Lulju, qtugħ tad-dawl baqa’ jippersisti għal madwar 10 iljieli bir-residenti ta’ diversi lokalitajiet jirrappurtaw interruzzjonijiet twal mhux tas-soltu, f’xi każi ta’ aktar minn 24 siegħa.





Il-Ministeru tal-Enerġija qal li l-ħlas ta’ darba qed jingħata minħabba l-mewġa ta’ sħana sostnuta u bla preċedent li kellha medja ta’ aktar minn 40 grad Celsius, li affettwa s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Il-kontijiet residenzjali li kellhom il-provvista tagħhom interrotta għal aktar minn sitt sigħat b’mod kumulattiv matul il-perjodu se jirċievu awtomatikament kreditu għall-kontijiet tal-utilità tagħhom ibbażat fuq il-konsum medju tad-djar matul il-perjodu korrispondenti ta’ tliet xhur tas-sena li għaddiet.

Il-kreditu se jkun ekwivalenti għall-konsum medju ta’ kull xahar tal-familji u jiżdied skont is-sigħat ta’ servizz interrott. Din tkun ipprovduta awtomatikament għal dawk il-kontijiet is-sistema ta’ informazzjoni tal-Enemalta identifikata bħala affettwata.

  • Sitta sa tmien sigħat: €60
  • Aktar minn tmienja u sa 12-il siegħa: €70
  • Aktar minn 12 u sa 24 siegħa: €80
  • Aktar minn 24 u sa 36 siegħa: €90
  • Aktar minn 36 u sa 48 siegħa: €100
  • Aktar minn 48 siegħa: €110

Il-kontijiet residenzjali se jibdew jiġu kkreditati fit-tieni ġimgħa ta’ Ottubru. Dawn se jiġu nnotifikati permezz ta’ ittra permezz tal-ARMS, li għandha tintbagħat fil-jiem li ġejjin.

F’każ ta’ ħsarat eċċezzjonali matul dan l-istess perjodu, il-klijenti affettwati jistgħu japplikaw għal kumpens permezz ta’ applikazzjoni onlajn fuq il-websajt tal-ARMS. L-applikazzjoni tiftaħ fid-9 ta’ Ottubru.

L-Enemalta u l-ARMS, bħala l-aġenzija tal-kontijiet, se jagħmlu eżerċizzju ta’ validazzjoni qabel joħorġu l-kreditu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI