Fadi, ir-rebbieħ ta’ din il-ġimgħa ta’ Come Dine With Me Malta, ġie intervistat fuq il-programm TVAM fejn fetaħ qalbu dwar l-appoġġ li rċieva u l-ħbiberiji ġodda li bena.
Hu spjega li bħalissa qiegħed il-Libanu jgawdu l-festi tal-Għid mal-familja tiegħu fir-raħal żgħir tagħhom. “Forsi ma twelidtx Malta imma xorta nħossni Malti,” qal Fadi.
Il-preżentattriċi staqsietu kif irnexxielu jiġbed daqshekk qlub u hu ammetta, “M’għamilt xejn, kont biss jiena nnifsi u meta tkun int innifsek in-nies ikollhom grazzja miegħek. Ċensina serqitli qalbi. Ċensina saret ħabiba tal-qalb issa u qed niltaqgħu frekwentament.”
Hu spjega kif il-membri tal-familja tiegħu vera ħassewhom kburin bih u kienu tant ferħanin li sar maħbub hawnhekk f’Malta. Kienu qed jarawh minn lenti differenti għaliex qatt ma rawh fuq it-televiżjoni jitkellem mal-Maltin qabel.
Fl-aħħar irringrazzja lil kull min bagħtlu messaġġi ta’ appoġġ għaliex lanqas hu stess ma seta’ jemmen kemm kellu segwaċi ġodda u messaġġi sbieħ wara dan il-programm!
Facebook / TVAM