Illum huwa għeluq snin l-attur Gino Lombardi, li rajnieh f’tant produzzjonijiet lokali. Gino hekk kif jagħlaq sninu, jiddedika messaġġ bħala gratitudni għal sena oħra.
“Erġajna qomna Mulej, grazzi ta’ dal-vjaġġ ġdid li se nibda llum, SENA OĦRA. Grazzi Mulej ta’ dawk li qed jgħixu miegħi dan il-vjaġġ; il-mara Carmen, it-tfal Kimberley u Nicole, il-familji tagħna… il-ħbieb tiegħi… kulħadd. Imma grazzi wkoll lil missieri, għax forsi ommi ma kellhiex aptit dakinhar!”
Awguri mill-qalb Gino!