“Il-Kbir Tagħna Llum Jagħlaq 12. Għadek Ma Tafx Kemm Tagħmilna Kburin.” – Il-Ministru Chris Bonett Lil Ibnu Matteo

Chris Bonett

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett kiteb messaġġ lil persuna importanti f’ħajtu, l-għażiż ibnu Matteo.

“Il-kbir tagħna llum jagħlaq 12. Għadek ma tafx kemm tagħmilna kburin. Minkejja li għadek żgħir fl-eta’, taħseb, titkellem u tirraġuna ta’ raġel u l-imħabba li rajtek turi lejn in-nies, speċjalment f’dan l-aħħar xahar, jurina li qiegħed fit-triq it-tajba għax taf tifhem u tħobb lil kulħadd,” jikteb Chris.

Hu jkompli, “Diġa’ moħħna mistrieħ li l-valuri huma f’posthom. Happy Birthday Matteo. Inħobbuk wisq xx …issa niċċelebraw waħda ta’ veru Champ!”

Qasam anke ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw biex jawguraw lil Matteo. It-tim ta’ Gwida.mt jgħidlek Awguri Matteo!







Ritratti:

Facebook/ Chris Bonett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI