Illum qed jagħlaq 61 sena l-attur Eric Grech, wiċċ magħruf ħafna mat-telespettaturi Maltin, li għal ħafna jibqa’ mfakkar l-aktar għall-karattru popolari ta’ Guido fis-sensiela tant maħbuba Simpatiċi.
Imwieled fl-1965, Eric Grech kiseb post speċjali fil-qlub tal-pubbliku permezz tal-karattru umoristiku u memorabbli tiegħu, li għadu sal-lum jitfakkar b’nostalġija minn bosta Maltin.
Matul il-karriera tiegħu, Grech ta kontribut fix-xena lokali kemm fuq il-palk u anke fuq it-televiżjoni, iżda huwa l-irwol ta’ Guido li baqa’ sinonimu ma’ ismu u li għenu jsir wieħed mill-aktar karattri popolari fuq it-televiżjoni lokali.
F’dan il-jum speċjali, ningħaqdu ma’ dawk kollha li jafuh biex nawgurawlu għeluq snin mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u aktar mumenti sbieħ mal-familja u l-ħbieb tiegħu.
Awguri Eric!
Facebook / Eric Grech