“Erba’ Snin Wara, Xorta Nħossok Miegħi” – Joseph Armani Jsellem Lill-Mibkija Ommu F’Jum Twelidha

Armani

Joseph Armani sellem il-memorja ta’ ommu Doris Armani f’jum għeluq sninha fil-ġenna, erba’ snin wara t-telfa tagħha.

F’messaġġ emozzjonali fuq Facebook, Joseph qalilha “Awguri fil-ġenna” u esprima kemm għadu jħoss il-preżenza tagħha miegħu, minkejja li għaddew is-snin.

Hu jikteb kemm jimmissjaha ħafna tant li l-ebda kliem ma jista’ jesprimi kemm. Jispera dejjem li qiegħda fil-paċi kif jistħoqqilha u għadha titbissem b’dik it-tbissima sabiħa li tant kien iħobb.

Joseph kompla jgħid li ma tgħaddi l-ebda ġurnata mingħajr imħabbtu lejha, u assiguraha li dejjem se tibqa’ f’qalbu.

Il-messaġġ kien akkumpanjat minn ritratt ta’ tifkira ta’ ommu Doris, flimkien ma’ bukketti ta’ fjuri u xemgħa, bħala ġest ta’ mħabba u rispett lejn il-memorja tagħha.

"Għal dejjem f'qalbi," jagħlaq il-messaġġ Joseph. Insellmu l-memorja tal-għażiża ommu.

Ritratti:

Facebook/ Joseph Armani

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI