Aġġornat: Il-Kanzunetta ta' Fonzu l-Fenek Tilħaq Il-Miljun Fuq YouTube!

Aġġornat: 10 t'Awissu, 2019. Din il-kanzunetta illum laħqet il-miljun view fuq YouTube. Jekk ħsibt li Baby Shark hija l-aktar kanzunetta popolari tat-tfal f'Malta jaf m'għandekx raġun. Fuq Youtube l-kanzunetta Fonzu l-Fenek, rawha miljun ruħ! Tkellimna ma' Phyllisienne Brincat il-kantanta ta' din il-kanzunetta fejn qaltilna  li kull darba li tkantaha tiġbor ħafna nies.

"Dawn il-kanzunetti ta' Fonzu u l-ħbieb tiegħu, popolari għax huma edukattivi għat-tfal u sintendi l-iskejjel tal-gvern jużawhom immens u anke ġenituri u nanniet! Ħargu wkoll kotba dwaru u mmorru nedukaw ukoll fl-iskejjel u madwar Malta." Phyllisienne

Meta tkun mistiedna u tkanta din id-diska, Phyllisienne tilbes ta' Fonzu!  "Jien ilbist kemm-il darba il-kostum ta' Fonzu. Meta nkun liebsa dan il-kostum, l-imħabba u l-ferħ li nħoss mit-tfal żgħar hi immensa!" qaltilna Phyllisienne.

Ta' min jgħid ukoll li Fonzu l-Fenek inqalbet bil-lingwa Ingliza! Il-kittieb tal-kanzunetti ta' Fonzu - Michael Piscopo rċieva kumment ta' ringrazzjament għal din il-kanzunetta. "Michael irċieva email mingħand ġenituri ta' tifel b'diżabilità u qalulu li tant iħobbha din il-kanzunetta li bdiet iġġiegħlu jiċċaqlaq għax beda jmur fejn hemm il-ħoss tal-kanzunetta. Tifraħ tisma' b'dawn l-affarijiet, grazzi Mulej!". qalet Phyllisienne.

Int smajtha l-kanzunetta ta' Fonzu l-Fenek? 

Fonzu l-Fenek / YouTube

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI