Esperjenza Unika Fuq It-Televiżjoni: Minn Extra għal Parteċipant f’Kwizz Hej Fuq TVM

Jax Nolan Zammit, għad għandu biss disa’ snin iżda l-entużjażmu tiegħu għal fuq it-televiżjon huwa wieħed kontaġġjuż.

Jgħidilna li meta deher l-ewwel darba kien eċitat u nervuż fl-istess ħin għax ma kellux idea kif se jidher fuq l-iskrin. L-esperjenza tiegħu bħala extra fis-serje popolari Mo fuq Netflix tibqa’ waħda memorabbli, speċjalment meta ltaqa’ mal-attur prinċipali Mohammed Amer u ħa gost jaħdem mat-tim. “Il-kollazzjon qabel il-filming kien tajjeb wisq!” itenn bi tbissima. F’din l-esperjenza Jax dam sigħat twal jistenna u ħadu tlett ijiem sħaħ biex ħadmu x-xena li kellu.

Il-vjaġġ ta’ Jax beda meta ommu MaryLouise sabet post fuq Facebook dwar kwizz għat-tfal u staqsietu xtaqtx jieħu sehem. “Mhux ovvja Ma!” kienet ir-risposta. B’permezz ta’ filmat mill-mobile, beda avventura ġdida li wasslitu għal kwizz fuq it-televiżjon fejn għamel diversi ħbieb ġodda f’kull recording.Bejn reċtar u kwizz, Jax prefera l-aħħar esperjenza tal-kwizzgħax iltaqa’ ma’ diversi nies ġodda u ħoloq memorji sbieħ. Minn dawn l-esperjenzi kollha speċjalment bħala extra tgħallem li jrid jieħu paċenzja u jistenna sigħat twal.

Staqsejna lil Jax x’inhi l-ħolma tiegħu u qalilna, Nixtieq aħdem f’film famuż, forsi jagħmel il-parti ta’ Baloo mill-Jungle Book!

Il-parir ta’ Jax lil tfal oħra li huma interessati huwa “Ma għandekx għalfejn taqta qalbek għax illum jew għada ser imissek.Importanti li żżomm kalm u ħa ma tkunx wisq eċitat meta jiġi l-mument tiegħek.” Fil-ħin liberu tiegħu Jax iħobb jilgħab fuq il-kompjuter ma’ sħabu, joħroġ għal xi mixja ma’ familtu u jieħdu xi ġelat u jħobb jaqra ħafna kotba differenti.

Awguri mit-team ta’ Gwida.mt lil Jax għal iktar oppurtunitajiet sbieħ fil-futur ġejjieni!

Facebook : M’Louise Zammit







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI